ONE News Malta
ONE News Malta
  • 49 286
  • 41 053 175
ALLEGAZZJONIJIET BLA BAŻI DWAR IL-WASTESERV
ONE.COM.MT • L-Oppożizzjoni qed tagħmel minn kollox biex tibdel proġett nazzjonali ta’ importanza kbira f’ballun politiku, flok tkun kommessa biex dan jitwettaq. Minflok qed turi li hi kontra soluzzjonijiet biex jonqsu l-miżbliet lokali.
Dan minbarra, kif kien diġà żvelat, il-konflitt ta’ interess lampanti li jeżisti tad-Deputat u eks-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, li qed jiddefendi konsorzju li għandu offerta ogħla għall-istess proġett.
KITBA: ANDREW SPITERI
FILMAT: ARKIVJI
Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir tenna li l-Oppożizzjoni qed tagħmel ħilitha biex tbiddel proġett ta’ importanza kbira nazzjonali f’ballun politiku, flok tkun kommessa biex dan effettivament jitwettaq.
Il-Gvern kien qed jirreaġixxi għal konferenza tal-aħbarijiet mill-Partit Nazzjonalista fejn kompla jqarraq billi jgħid li pajjiżna qed jibqa’ jieħu l-passi lura minflok ’il quddiem fl-immaniġġjar tal-iskart lokali.
Il-Partit Laburista wkoll iddikjara kif il-Partit Nazzjonalista, flok jappoġġja proġetti li jnaqqsu l-miżbliet, moħħu biss biex jara kif ixekkel tali proċess.
Waqt li qal li dan hu l-uniku mod kif il-Partit Nazzjonalista jaf jaħdem, il-Partit Laburista saħaq li l-PN se jibqa’ mfakkar għall-ftuħ tal-miżbliet, meta kien fil-Gvern, bla ebda azzjoni serja biex imqar tibda ssir is-separazzjoni tal-iskart mill-familji u n-negozji.
Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista qed jagħlaq il-miżbliet u qed jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi biex tiżdied is-separazzjoni tal-iskart, jitnaqqas l-iskart mill-miżbliet, skart riċiklabbli jerġa’ jintuża u skart organiku jinbidel f’riżorsa.
Kuntrarjament għal dak li ntqal mill-Oppożizzjoni, is-sentenza tal-Qorti tal-Appell relatata mat-tender tal-proġett waste-to-energy ma daħlitx fil-proċedura li addottat l-aġenzija WasteServ biex tikklassifika lill-offerenti jew il-punteġġi li ngħataw, li kienu wkoll ikkonfermati mill-aqwa ditti internazzjonali fil-qasam.
Fir-reazzjonijiet issemma wkoll kif il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kontra kull soluzzjoni ambjentali, bil-Kap tal-Oppożizzjoni jibqa’ sieket għal kollox dwar il-konflitt ta’ interess lampanti tad-Deputat tiegħu Adrian Delia li qed jiddefendi konsorzju li għandu offerta għall-istess proġett li tista’ tiswa lill-pajjiż mal-€200 miljun aktar.
Hu b’hekk li l-poplu qed jistenna li Bernard Grech jgħid jekk hux komdu li għandu l-preċedessur tiegħu jitħallas l-eluf minn kumpanija li għandha interess kummerċjali li tidħol f’kuntratt mal-Gvern għall-20 sena li ġejjin, qal il-Partit Laburista.
Переглядів: 103

Відео

L-EDUKATURI BIT-TITJIB FIL-PAGA DIN IL-ĠIMGĦA
Переглядів 777 годин тому
ONE.COM.MT • Mal-paga li l-edukaturi kollha f’pajjiżna se jirċievu din il-ġimgħa, se tkun riflessa ż-żieda li ġab miegħu l-ftehim settorjali ġdid iffirmat fil-ħmistax ta’ Lulju li għadda. Minbarra dan, huma se jirċievu pagament ta’ darba li jammonta għal elf ewro. KITBA: STEFAN BAJADA FILMAT: ARKIVJI Mas-salarju ta’ din il-ġimgħa, l-edukaturi se jibdew igawdu minnufih mill-pakkett finanzjarju t...
MALTA BIT-TIENI L-OGĦLA RATA TA’ TOBBA
Переглядів 457 годин тому
ONE.COM.MT • Waqt li, fl-elfejn tnejn għoxrin, aktar minn disgħa u sittin elf tabib kienu rreġistrati fl-Unjoni Ewropea, Malta kellha t-tieni l-ogħla rata minn fost il-pajjiżi kollha u kważi d-doppju tal-medja Ewropea. KITBA: FRANCESCO BORG FILMAT: ARKIVJI Matul l-elfejn tnejn u għoxrin, Malta kellha t-tieni l-ogħla rata ta’ tobba grawdati fl-Unjoni Ewropea hekk kif kellha kważi 28 tabib għal k...
TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL DR JOE BRINCAT
Переглядів 1 тис.7 годин тому
ONE.COM.MT • Wara tislima xierqa mill-Partit Laburista b’korteo funebri quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima fil-Knisja tal-Furjana lill-eks Ministru u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Dr Joe Brincat. L-ogħla awtoritajiet fil-pajjiż, inkluż il-President Myriam Spiteri Debono, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Ispeaker tal-Parlament, attend...
TKABBIR SOSTNUT FL-EWWEL KWART TAL-2024
Переглядів 407 годин тому
ONE.COM.MT • Ritmu aktar mgħaġġel fl-ekonomija ta’ pajjiżna ġie nnotat it-Tnejn filgħodu f’pubblikazzjoni ġdida tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar l-ewwel kwart ta’ din is-sena. KITBA: STEFAN BAJADA FILMAT: ARKIVJI Matul l-ewwel kwart tal‑2024, l‑ekonomija Maltija kibret b’ritmu marġinalment aktar mgħaġġel meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel. Dan joħroġ minn rivista, li l-Bank Ċentrali ta’ Malta jip...
GWU: IL-BOLT TRID IĠĠORR IR-RESPONSABILITÀ
Переглядів 1448 годин тому
ONE.COM.MT • Il-GWU qablet mad-deċiżjoni strateġika tal-Gvern Malti biex ma jinħarġux aktar permessi tax-xogħol għax-xufieri tal-Y plates kif ukoll il-couriers tal-ikel. Fil-fatt, din l-akbar trejdunjin lokali appellat biex il-kumpanija Bolt tieħu ħsieb lill-ħaddiema tagħha. KITBA: RUSLANA BARBARA FILMAT: ARKIVJI Meta kumpaniji tat-tqassim tal-ikel u tas-sewwieqa tat-taxis jgħidu li għandhom ‘h...
IS-SPECIAL OLYMPICS LOKALI F’SETTEMBRU
Переглядів 1428 годин тому
ONE.COM.MT • F’Settembru li ġej, se jiġu organizzati l-logħob nazzjonali tas-Special Olympics f’pajjiżna bis-sehem ta’ madwar sitt mitt atleta minn erba’ pajjiżi, inkluż dawk Maltin. Dan l-avventiment se jagħti opportunità oħra fejn tiġi promossa soċjetà aktar inklussiva. It-tema għal din is-sena għandha l-għan li twassal il-messaġġ li l-importanti li wieħed jipprova u jagħmel l-aħjar almu tieg...
HELPLINE F’KULL ĦIN MILL-OHSA U L-BCA
Переглядів 328 годин тому
ONE.COM.MT • Helpline ġdida, ispirata mid-data tat-twelid taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia, li tilef ħajtu traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni f’Diċembru tal-2022, tnediet illum mill-Ministru Jonathan Attard, bħala parti wkoll mill-konklużjonijiet li joħorġu mill-inkjesta li kienet segwiet. Din il-linja, li bdiet titħaddem erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, twaqqfet b’kollaborazzjoni bejn l-OHSA, il-BC...
SEWWIEQ TA’ MUTUR IWEĠĠA’ GRAVI WARA ĦABTA F’RAĦAL ĠDID
Переглядів 6352 години тому
ONE.COM.MT • Dettalji b’rabta ma’ żewġ inċidenti li seħħew fl-aħħar sigħat, f’Raħal Ġdid u San Pawl il-Baħar. KITBA: SHANAYA FARRUGIA FILMAT: ARKIVJI Sewwieq ta’ mutur ta’ 71 sena li jgħix Birkirkara weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, fi Vjal Santa Luċija. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħar...
KAMPANJA LI TĦEĠĠEĠ ID-DONAZZJONI TAL-ORGANI
Переглядів 1692 години тому
ONE.COM.MT • Permezz ta’ filmat qasir fuq il-midja soċjali, ilbieraħ tnediet kampanja nazzjonali bil-għan li tħeġġeġ aktar nies isiru donaturi tal-organi. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: FACEBOOK / ARKIVJI Kun Donatur, kampanja li tnediet fil-jum iddedikat għat-trapjanti tal-qalb fit-tlieta ta’ Awwissu. Din il-kampanja qed tara s-sehem ta’ diversi personalitajiet lokali jingħaqdu biex iħeġġu akt...
92% TAL-BAJJIET F’MALTA B’ILMA EĊĊELLENTI GĦALL-GĦAWM
Переглядів 802 години тому
ONE.COM.MT • Malta għandha tnejn u disgħin fil-mija tal-baħar għall-għawm bi kwalità eċċellenti skont l-Aġenżija Ewropea għall-Ambjent. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: ARKIVJI Tnejn u disgħin fil-mija tal-bajjiet f’pajjiżna kellhom kwalità ta’ ilma eċċellenti. Dan joħroġ minn stħarriġ tal-Aġenżija Ewropea għall-Ambjent, l-EEA, li tissorvelja l-kwalità tal-ilma għall-għawm, fost l-oħrajn. Din l-a...
1,037 NOMADI DIĠITALI FL-2023
Переглядів 482 години тому
ONE.COM.MT • Fil-ħarġa tagħha tal-Ħadd, il-gazzetta Kullħadd tkellmet dwar in-nomadi diġitali fejn tħabbar li tul dawn l-aħħar snin minn meta bdiet din l-opportunità biex persuni minn pajjiżi terzi jaħdmu b’mod remot f’pajjiżna, l-applikazzjonijiet żdiedu kull sena bid-doppju. KITBA: SHANAYA FARRUGIA FILMAT: ARKIVJI / KULLĦADD Fl-2023 pajjiżna ra żieda sinifikanti fl-applikazzjonijiet għal perm...
57 OMIĊIDJU F’GĦAXAR SNIN F’PAJJIŻNA
Переглядів 5162 години тому
ONE.COM.MT • Sebgħa u ħamsin persuna nqatlu f’pajjiżna fil-perjodu bejn l-2014 u s-sena li għaddiet, f’wieħed u ħamsin każ ta’ omiċidju. Dawn, fil-maġġoranza, involvew d-doppju tal-vittmi rġiel minn dawk nisa, skont kif tixhed statistika tal-NSO. KITBA: ANDREW SPITERI FILMAT: ARKIVJI Bejn l-2014 u s-sena l-oħra, il-Korp tal-Pulizija rreġistrat 51 każ ta’ omiċidju, li fihom inqatlu 57 persuna b’...
“DEĊIŻJONIJIET FL-AQWA INTERESSI TAL-PAJJIŻ”
Переглядів 1852 години тому
ONE.COM.MT • Waqt intervista mill-ġurnalist Tim Diacono fuq Lovin Malta, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kien mistoqsi dwar numru ta’ temi u żviluppi politiċi f’pajjiżna. Fost l-oħrajn, il-Prim Ministru kien mistoqsi dwar il-ħaddiema barranin u d-distribuzzjoni tal-elettriku. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: LOVINMALTA / ARKIVJI Id-deċiżjonijiet mill-Gvern jittieħdu fl-aqwa interes...
IL-PM JITKELLEM DWAR L-IMPORTANZA TA’ PL MIFTUĦ
Переглядів 2042 години тому
ONE.COM.MT • Waqt l-istess intervista, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-Partit Laburista, anki f’kuntest ta’ proċess ta’ tiġdid li għaddej, anki permezz tal-Konferenza Ġenerali, li fiha se jkun hemm l-elezzjonijiet għad-Deputati Mexxejja, f’nofs Settembru li ġej. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: LOVIN MALTA / ARKIVJI F’intervista mal-ġurnalist Tim Diacono, il-Mexxej Laburista Robert Ab...
26 PERSUNA ARRESTATI WAQT SPEZZJONIJIET
Переглядів 8762 години тому
26 PERSUNA ARRESTATI WAQT SPEZZJONIJIET
MALTA FOST L-AĦJAR LI ŻŻUR F’SETTEMBRU
Переглядів 1222 години тому
MALTA FOST L-AĦJAR LI ŻŻUR F’SETTEMBRU
IBEN JOE BRINCAT IFAKKAR IL-MEMORJA TA’ MISSIERU
Переглядів 8822 години тому
IBEN JOE BRINCAT IFAKKAR IL-MEMORJA TA’ MISSIERU
ISOFRI ĠRIEĦI GRAVI WARA LI NQALEB BIL-BUGGY FIL-MELLIEĦA
Переглядів 8974 години тому
ISOFRI ĠRIEĦI GRAVI WARA LI NQALEB BIL-BUGGY FIL-MELLIEĦA
MIXLI LI SEGWA LILL-EKS SIEĦBA BIL-KAROZZA
Переглядів 2164 години тому
MIXLI LI SEGWA LILL-EKS SIEĦBA BIL-KAROZZA
JITLEF ĦAJTU WARA LI WAQA’ ERBA’ SULARI F’TAS-SLIEMA
Переглядів 1,8 тис.4 години тому
JITLEF ĦAJTU WARA LI WAQA’ ERBA’ SULARI F’TAS-SLIEMA
500 FAMILJI OĦRA SE JGAWDU MILL-COLA ADDIZZJONALI
Переглядів 1754 години тому
500 FAMILJI OĦRA SE JGAWDU MILL-COLA ADDIZZJONALI
IS-SIDIEN TA’ DJARHOM JITILGĦU GĦAL 82.6%
Переглядів 1174 години тому
IS-SIDIEN TA’ DJARHOM JITILGĦU GĦAL 82.6%
TRANSPORT MALTA B’TAĦRIĠ LIT-TFAL WAQT SKOLA SAJF
Переглядів 694 години тому
TRANSPORT MALTA B’TAĦRIĠ LIT-TFAL WAQT SKOLA SAJF
€15,000 F’FONDI BIEX JITĦARREĠ KELB TAL-ASSISTENZA
Переглядів 1094 години тому
€15,000 F’FONDI BIEX JITĦARREĠ KELB TAL-ASSISTENZA
INVESTIMENT TA’ €13-IL MILJUN GĦAL 84 FAMILJA
Переглядів 3594 години тому
INVESTIMENT TA’ €13-IL MILJUN GĦAL 84 FAMILJA
HELPLINE ĠDIDA IFFOKATA FUQ KOSTRUZZJONI, SAĦĦA U SIGURTÀ
Переглядів 1284 години тому
HELPLINE ĠDIDA IFFOKATA FUQ KOSTRUZZJONI, SAĦĦA U SIGURTÀ
L-AĦBARIJIET TA’ ONE L-AKTAR SEGWITI FIL-PRIVAT
Переглядів 1707 годин тому
L-AĦBARIJIET TA’ ONE L-AKTAR SEGWITI FIL-PRIVAT
IDENTITÀ TIEĦU BIS-SERJETÀ KULL ALLEGAZZJONI
Переглядів 4377 годин тому
IDENTITÀ TIEĦU BIS-SERJETÀ KULL ALLEGAZZJONI
NEFQA TURISTIKA TA’ €850M FI TLIET XHUR
Переглядів 1357 годин тому
NEFQA TURISTIKA TA’ €850M FI TLIET XHUR

КОМЕНТАРІ

  • @mariabugeja9943
    @mariabugeja9943 4 години тому

    Kemm kont 4agel twajjeb dr brincat kemm kien ihobbok missieri ighid jistrieh hdejk ukoll rip ❤

  • @TWANNYBARUN
    @TWANNYBARUN 5 годин тому

    Rip u grazz ta kollx

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 6 годин тому

    RIP .GRAZZI TA KOLLOX .

  • @christophermoffitt9044
    @christophermoffitt9044 День тому

    U quażi 10 fil-mija tal-bajjiet huma IKONTAMINATI!!!! ISTĦU, ISTĦU,ISTĦU.

  • @MrRon148
    @MrRon148 День тому

    Kien xkien nghatuh il-Mulej itih il- mistrieh ta' Dejjem, u Kondoljanzi lil Familjari tieghu . Incident jigri f'hakka tghajn - sekondi . Kemm u mmportanti li l- mohh ikun lucidu l- hin kollu . Dan ma' jiddependiex ghal kollox minna ' mma f'Alla l- imbierek kull hin u kull mument . Ahna wehedna mahna xejn, kif qed naraw xqed jigri kullimkien madwarna, familji u Pajjizi jitkissru . May God Grant him the Glory of heaven .He was working for the family ❤

    • @MrRon148
      @MrRon148 День тому

      Correction. Nitolbu lil Mulej

  • @joegenovese9226
    @joegenovese9226 День тому

    It is more than obvious that excessive speed was the cause here . I do not believe a licensed and experienced trucker would take that turn at the speed. I hope that once all the facts are know appropriate measures are taken.

  • @mustaphaschon3931
    @mustaphaschon3931 День тому

    Miet bħala polytheist f'Alla, li hija ħasra

  • @SandraMiceli-dw3ur
    @SandraMiceli-dw3ur 2 дні тому

    Jahasra bhala engineer telax minghajr is-safety belts li ghal Malta din ghada ma teziztix!

  • @MariaRitaBalzan
    @MariaRitaBalzan 2 дні тому

    Sorry for your lost rip

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 2 дні тому

    RIP. HABIB.

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 3 дні тому

    RIP. GRAZZI TA DAK KOLLU LI GHAMIELT GHAL POPLU MALTI.

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 3 дні тому

    RIP. GRAZZI TA KEMM HDIEMT GHAL POPLU MALTI.

  • @robertazzopardi8933
    @robertazzopardi8933 4 дні тому

    Dak tal mutur jirringrazzja l Alla.... Min jaf x qata ha miskin ghodu ghodu🙏🙏

  • @josephinevella7880
    @josephinevella7880 4 дні тому

    Qisu kulhadd baqa sejjer hux

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 4 дні тому

    L-ewwel haga hudulu il licenzja tas-sewqan. Ghax kif jedher il filmat kien addej bi speed , u qasam minn lane ghal ohra . Ghalla hares kien hemm xi hadd fuq dik il Lane l'ohra ghax kien joqtolhom.

  • @morientesmuscat1168
    @morientesmuscat1168 4 дні тому

    Ghamlu pjacir lil kulhadd li din il binja tigi mimlija b’familji Maltin illi vera ghandhom bzonn u mhux tintela’ bl-immigranti illegali.

  • @rgsclassicmusiccafe
    @rgsclassicmusiccafe 4 дні тому

    I think Govt of Malltta on Kids UA-cam.😀 I cleared main UA-cam Button on White and Black both screens😀🎤💛🌘🌟⚡⭐🌙♥️🍉💙💚🤎💗🧡🍊💋🍒🖤🤍🍑🍋❤️🇵🇰🎯

  • @rgsclassicmusiccafe
    @rgsclassicmusiccafe 4 дні тому

    Hi Gordon Clear Mallta three Main News Channels RGS

  • @rgsclassicmusiccafe
    @rgsclassicmusiccafe 4 дні тому

    Hi Dr.Gordon BOV let them Handel Maltta two News channels Major monetized and cash them. RGS 🎤😀💛🌘🌟⚡⭐🌙♥️🍉💙💚🤎💗🧡🍊💋🍒🖤🤍🍑🍋❤️🇵🇰🎯

  • @normanmintoff8235
    @normanmintoff8235 4 дні тому

    Morru qarraw fejin Smart supermarket mela Naxxar road B'kara lanqas tista taddi min fuq il bankinna ghax suppost taparsi ghanna is serjitta kollhadd qiejet jinduna issa ghax mghac qawn himer

  • @rosefalzon5803
    @rosefalzon5803 5 днів тому

    Prosit bhal dejjem ❤

  • @angelobartolo8344
    @angelobartolo8344 5 днів тому

    Dawkins xemmel

  • @davidbianco2485
    @davidbianco2485 5 днів тому

    Forsi ikun hemm xi weaver.

  • @martinscerri6750
    @martinscerri6750 6 днів тому

    Imma l battery wara 8 snin jiswew fuq 8000euro u dawl biex niccardjah mhux flus ukoll tifranka diesel Jew petrol

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 6 днів тому

    IL PARTIT NAZZJONALISTA PARTIT TAL FIRDA U GLIED. JIHU KULL OKKAZZJONI B' KULL MEWT LI TIGRI FUQ KULL POST TAX-XOGHOL. TAL MISTHIJA LANQAS RISPET LEJN IL FAMILJARI TAL VITMI.

  • @charlesbuhagiar4652
    @charlesbuhagiar4652 6 днів тому

    L-infrastruttura li ghandna ma tiflahx ghal dan l-izvilupp kollu. Ifqu ghabbu dan il-pajjiz b'izjed milli jiflah.

  • @georgebronte840
    @georgebronte840 7 днів тому

    Issues ndunaw l-ghorrief, li mimlijin bl-iskart u li l-Maltin dalwaqt sa jisplodu bir-rabja! Issa taparsi sa jghamlu xi haga biex jikkwitawna, imma fil fatti ma jghamlu xejn hlief li jibqaw ipaxxu lil barunijiet u shabhom waqt li jfottu pajjiz iktar milli hu.

  • @sammyvella6898
    @sammyvella6898 7 днів тому

    Taf tikteb bill Malti sur /sa gurnalista ?? Possibbli qatt ma tghallimt li il plural ta xufier hu Xufiera u mhux xufieri?? Isthu mank tafu tiktbu bil lingwa li tghallimtu sa mit twelid

    • @user-ws4hp9wh2f
      @user-ws4hp9wh2f 5 днів тому

      About time...😂😂😂

    • @skkl8045
      @skkl8045 2 дні тому

      Bro i was recommended this video by UA-cam and i feel crazy. I understand alot but i don't understand alot too. This is the first time hearing this language. Im half saudi half Palestinian. This sound like mix of levant and tunasian arabic with Italian. I can even read. Im really impressed

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 7 днів тому

    Hekk sew gie vaganza u kellu sikiena mohbija. Ghaliex kellu sikiena mohbija ? Mela Dan go pajjiezu hekk huwa imdorri. Biex jekk ikollu xi argument ma xi hadd joqtlu. Ara fix gabuh Dan il pajjiz il POLITIKANTI MINN ZEWG NAHAT LI SUPPOST JAGHTU KAS LIL CITTADIN MALTI. HARSU XINU JIGRI L-INGILTERA U FRANZA , IL BARANIN HADU KONTROL TA KULLIEMKIEN. HADD MA JISTA GHALIHOM. U AHNA GA BDEW JAMLU LI IRIEDU.

  • @josephinevella292
    @josephinevella292 7 днів тому

    Sa nofs it triq blmwejjed jew sa nofs il pjazza u trid tghaddi fnofs it triq dan mandux ikun!!!

  • @paulborg7287
    @paulborg7287 7 днів тому

    Gibu myriam dalli titfih

  • @MariaRitaBalzan
    @MariaRitaBalzan 8 днів тому

    Marret tinaqad mal bambin rip ❤

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 8 днів тому

    Hasra kbira ghal tfajla tant habrika u telfa ghal Familja tghaha. RIP .

  • @beatricelundgren9096
    @beatricelundgren9096 8 днів тому

    Proset Prim Ministru Kburin bik dejjem.

  • @MariaRitaBalzan
    @MariaRitaBalzan 9 днів тому

    Vera hasra mietet mewta tragika kondoljanzi Lil familja taghna RIP ❤

  • @joebonello1609
    @joebonello1609 9 днів тому

    May she rests in peace. Sincere condolences to all her loved ones. Amen.

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 9 днів тому

    Imisshom irahsu il PREZZIJIET. Ahna hekk se jigri ukoll, ghax il PREZZIJIET li qedien inhalsu huma tal biza. Mort weekend go Lukanda Ghawdex 2 minn nies gietni €1000. Tal biza.

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 9 днів тому

    About time. Waqfu il permessi ghax ga fgati. Tkoplux taghtu PERMESSI ta ebda xoghol hu xinu ix -xoghol. Grazzi f'isem uliedi u tfal ta uliedi.

  • @nathalieleksa2959
    @nathalieleksa2959 10 днів тому

    You left so much void my dearest brother 💔

  • @MarikamiLace-MalteseBobbinLace
    @MarikamiLace-MalteseBobbinLace 10 днів тому

    Strieħ fis-sliem Mark. Grazzi tal-arti li ħallejtilna. ❤

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 10 днів тому

    RIP . MARK.

  • @TOTAL457
    @TOTAL457 10 днів тому

    Il-Mulej issabbar lil familja tiegħu. Mark issa beda ħajja ġdida.

  • @siggiewi1992
    @siggiewi1992 10 днів тому

    Rip😔

  • @charlesborg7507
    @charlesborg7507 10 днів тому

    Air Malta plc was shut due to exaggerated hypocracy of high management. I confirm this from my experience of PORTOFOLIO management between June 1989 till May 1997. I used to earn from interest equivalent to half the salaries of 1200 employees. I had the responsibility of hedging, payments of loans, fuel salaries etc. My values may be confirmed from the results. I had experience in Finance for 33 years . Air Malta plc helped tourism financially and my experience in investments can confirm this. I am still waiting and expecting JUSTICE from the board of injustices of MTA of June 2020 because their dictictorial and final verdict was the most dishonest situation without hearing me. I am still waiting and expecting JUSTICE to my values.

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 10 днів тому

    Dawn dejjem hekk kienu. Sa kemm jisierqu il poter. Jekk is -Sindku icedi ghall pressjoni ghal ftit nies , ghalura l-ahjar jirizenja min Sindku ghax hekk qijed juri kemm mhux kappaci ghal kariga li ghandu.

  • @juliancachia9215
    @juliancachia9215 11 днів тому

    Proset Prim Ministru Robert Abella

  • @rosefalzon5803
    @rosefalzon5803 11 днів тому

    Good luck

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 12 днів тому

    Dawn nies li jinpurthom biss il poter. U dejjem hekk kienu f'oppozzizjoni jedu mod u kif jisirqu il poter jamlu bil maqlub.

  • @lawrencegatt4515
    @lawrencegatt4515 12 днів тому

  • @charlesspiteri5045
    @charlesspiteri5045 13 днів тому

    Naqbel ma'din l-ahjar rizoluzzjoni. It-toroq ghandhom iservu ghat-trFfiku